Il-Ġimgħa 14 ta’ Ġunju, Patri Elija ta’ Ġesu Msallab ġie ordnat presbiteru ġewwa il-Kattidral ta’ l-Assunta ġewwa l-belt Victoria, Għawdex.
Patri Elija huwa oriġarjament mill-Għarb.
Pratikament il-patrijiet kollha Tereżjani kienu preżenti għal din l-okkażjoni hekk sabiħa. Il-Knisja kienet mimlija b’ħafna li telgħu wkoll minn Malta.
E.T. Mons Isqof Mario Grech mexxa l-ordinazzjoni sacerdotali.
Patri Elija se jkun konventwali ġewwa l-Kunvent tagħna ta’ Ta’ Xbiex.