Twieled Carmel, B’Kara 8.11.1932 Bin Giovanni u Carmela Mamo.
Novizzjat 16.1.1949, Bormla.
Professjoni temporanja 22.1.1950, Bormla.
Solenni 14.5.1955, Ġenova.
Ordinazzjoni 20.12.1958, Valletta
Attenda l-Kulleġġ tal-Patrijiet Karmelitani tal-Belt, minn fejn fl-1949 daħal novizz Karmelitan Tereżjan. Wara l-ewwel professjoni ssokta l-istudji fil-kunvent ta’ B’Kara, u fl-1952 beda l-filosofija f’Ġenova. It-teoloġija għamilha B’Kara.
Mill-ordinazzjoni tiegħu sal-lum, minbarra ftit żmien tassew qasir f’Ta’ Xbiex, baqa’ jaħdem fil-kunvent ta’ B’Kara. F’Novembru 1960 ġie maħtur Prokuratur tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu f’B’Kara, festa li dejjem fittex li jsebbaħ u jkabbar għal tant snin.
Kien tassew patri mimli entużjażmu għall-festa. Patri li sab il-ferħ tiegħu fil-Karmelu Tereżjan.
Hawnhekk qed inġibu xi ritratti meħudin sewwa sew fl-aħħar festa tal-Madonna tal-Karmnu li ħa sehem.