Għadu kemm intemm ġewwa Fatima, Kungress Marjan Internazzjonali organizzat miż-żewġ Ordnijiet Karmelitani, l-O.C. u l-O.C.D. Dan sar fl-okkażjoni tal-ewwel ċentinarju tad-dehriet tal-Madonna ġewwa Fatima.
Wieħed mill-kelliema ewlenin kien ir-Reverendu Dr. Adrian Attard, Patri Tereżjan Malti li hu meqjus bħala espert internazzjonali fil-qasam tal-Marjologija. Huwa professur fil-Fakultá Pontifiċja TERESIANUM f’Ruma. Huwa tkellem dwar l-esperjenza mistika fil-Karmelu u tat-tliet żgħażagħ li dehritilhom il-Madonna.
Ħadu sehem ukoll iż- żewġ Ġenerali, dak tal-Ordni Karmelitan, Fernando Millán Romeral O. Carm u tal-Ordni Tereżjan, Saverio Cannistrà O.C.D.
Dan il-Kungress li sar bejn il-15 u s-17 ta’ Settembru bħala tema kellu: “Maria, Mae do Carmelo” (Marija, Omm il-Karmelu). Il-kelliema tkellmu fuq ir-relazzjoni li teżisti bejn Fatima u d-devozzjoni lejn il-Madonna, omm il-Karmelu; il-Madonna darba dehret liebsa l-libsa tal-Karmelu.
Il-quddiesa tal-għeluq ġiet iċċelebrata fil-Knisja tas-Sorijiet Tereżjani ta’ San José, fejn Suor Lucia, waħda mill-viżjonarji għexet l-aħħar perijodu ta’ ħajjitha. Hi kienet daħlet soru Tereżjana tal-klawsura