‘Athletes for Christ’ they called themselves. The Desert Fathers were unobtrusive, fourth century hermits who went to extremes, leading a strenuous pursuit of spiritual rigor in the empty wastelands of Syria, Egypt and Palestine.
See my website ENJOY THE FREEDOM OF GOD
AND listen to the audio clip below or read the subsequent transcript. This transcript will be translated into English.
Il-Patrijiet tad-Deżert
“Għad jasal żmien”, jgħid Patri Antonio, wieħed mill-patrijiet ewlenin tad-deżert, “meta d-dinja kollha tiġġennen, tant li n-nies meta jaraw wieħed normali jibdew jgħadduh biż-żmien u jgħajruh miġnun għaliex ma jkunx bħalhom.”
Qegħdin fit-tielet, ir-raba’ u l-ħames seklu. Fl-Eġittu, is-Sirja u l-Palestina, żmien il-persekuzzjoni mill-ambjent Lhudi u l-Imperu Ruman issa wasal biex jispiċċa. Il-Knisja qiegħda fil-paċi, il-folol bdew jidħlu fil-Knisja. Spiċċa ż-żmien tal-katekumenat bħala tħejjija serja għall-magħmudija. Il-Kristjaneżmu issa hu mbierek mill-Istat hekk li l-Insara għall-ewwel darba fl-istorja jsibu ruħhom f’sitwazzjoni komda, għalhekk it-tentazzjoni li terfa’ l-qlugħ u tħalli l-kurrent iġorrok hija kbira ħafna u ħafna jaqgħu fiha. Il-melħ tal-Evanġelju bil-mod il-mod jibda jitlef it-togħma tiegħu. Quddiem din il-qagħda tqum ir-reazzjoni qawwija tal-monastiċiżmu, irġiel u nisa normali jitilqu lejn id-deżert bl-iskop li jgħixu l-Evanġelju bla ebda kompromessi. Jibżgħu li jekk jibqgħu fid-dinja isiru tad-dinja għaliex in-nasbiet huma kbar u huma jħossuhom dgħajfa għalhekk konvinti mill-kliem tal-Profeta Ġeremija li qal:
“Il-poplu li ħeles mis-sejf se jsib ħniena fid-deżert.”
Huma jterrqu mill-mistrieħ tagħhom fil-baħħ għeri tad-deżert. Hemmhekk ma hemmx ħlief ramel u sema. Aktar tard lil dawn il-patrijiet isejħulhom il-martri l-bojod li ħadu l-post tal-martri l-ħomor u hekk hu, għaliex bħalma l-martri tal-ewwel tliet sekli taw xhieda li Ġesù Kristu hu t-teżor il-waħdieni li għalih wieħed lest li jbigħ kollox bil-ferħ anki l-ħajja stess, dawn in-nies marru fid-deżert sabiex jagħtu xhieda ħajja li Ġesù Kristu għadu jista’ jimla l-qlub. U dan nagħmluh permezz ta’ ħajja sħiħa ta’ safa ta’ qalb, talb bla waqfien u umiltà miżgħuda bil-penitenzi bħalma jgħid Patri Lonġinu:
“Agħti d-demm u tirċievi l-Ispirtu.”
Jigifieri, agħti d-demm qatra qatra f’ħajja sħiħa ta’ intimità ma’ Ġesù Kristu u Alla jagħtik l-Ispirtu tiegħu ta’ mħabba u ferħ.
Dawn l-irġiel u nisa ma kinux xi nies ġenerużi u ta’ kuraġġ liema bħalu mimlijin muskoli spiritwali imma kienu nies normali tad-demm u l-laħam konxji ħafna tad-dnubiet u l-limiti tagħhom. Konvinti però mill-imħabba kbira li Alla għandu lejhom, imħabba murija fi Kristu Ġesù. L-aktar żewg figuri li kienu jqanqluhom kienu l-pubblikan li fit-tempju lanqas ażżarda jgħolli għajnejh lejn Alla u l-ħalliel li aħna nsejħulu t-tajjeb imma li ma kien tajjeb xejn ladarba kien ħaqqu s-sentenza kapitali tal-mewt fuq is-salib li b’ħarsa lejn Ġesu irnexxielu jikseb s-saltna. Il-patri Matoes jgħid b’ħafna għerf:
“Aktar ma l-bniedem jersaq lejn Alla aktar jara lilu nnifsu midneb.”
Kien iħobb isemmi lill-Profeta Isaija li kien biss meta ra lil Alla li għaraf kemm kien imsejken u mniġġes.
Storja vera: Wieħed eremita li kellu l-fama ta’ qaddis ivvjaġġa fit-tul sabiex ikun jista jiltaqa’ ma’ Patri Poemen. Wara li sellmu lil xulxin u talbu flimkien dan l-eremita qabad jitkellem fuq l-iskrittura u affarijiet oħra spiritwali tas-sema. Il-Patri Poemen dawwar wiċċu u ma lissinx kelma u dan xi ftit iffastidjat qabad u telaq ’l hemm. Meta d-dixxipli ta’ Patri Poemen staqsewh fuq din l-imġiba stramba tiegħu dan weġibhom hekk:
“U għax dan qagħad jitkellem fuq ħwejjeg tas-sema imma jiena qiegħed fl-art u ma nafx nitkellem ħlief fuq affarijiet tal-art. Ara kieku kellimni fuq il-passjonijiet tad-dnub kieku kont inwieġbu imma affarijiet spiritwali jiena ma nafx nitkellem fuqhom!”
Tajjeb li nżiedu li dan Patri Poemen hu wieħed mill-aktar patrijiet famużi. Saqajhom iva fl-art imma milquta mill-ħniena ta’ Alla li jħobbna mhux meta nkunu tajbin imma jħobbna ħziena hekk kif aħna.
Wieħed patri żagħżugħ ġie mibgħut minn abbati patri li kellu għalqa fuq l-għolja Sinaj biex jiġbor xi frott. Malli wasal qal lil propjetarju tal-għalqa:
“Patri, l-abbati tiegħi bagħatni nistaqsik jekk għandekx xi frott għalih.” “Iva”, wieġbu dan, “ħu dak li trid”.
Il-patri żagħażugħ reġa’ dar lejn il-patri propjetarju tal-għalqa u qallu:
“Patri, forsi hawn għandek ukoll il-ħniena ta’ Alla?”
Quddiem din id-domanda l-ieħor bħal instamat u għajnejh iħarsu lejn l-art wieġbu:
“X’għedtli ħija?” Iż-żagħżugħ reġa’ staqsa:
“Forsi hawnhekk għandek ukoll il-ħniena ta’ Alla?”
Għat-tielet darba staqsieh din id-domanda. U meta kull darba ħa l-istess tweġiba sid l-għalqa ħa nifs il-ġewwa u qallu:
“Alla jgħini ħija.”
Qabad il-mantell u telaq lejn id-deżert. Ħalla kollox warajh għax qal:
“Ħa mmur infittex il-ħniena ta’ Alla. Jekk żagħżugħ staqsieni u ma kontx naf inwieġeb, x’ser nagħmel quddiem Alla?”
Din hi l-frotta waħdanija ewlenija li hija mitluba mill-patrijiet tad-deżert, il-ħniena ta’ Alla jiġifieri li huma jġarrbu fil-ħajja tagħhom imħabba gratis ta’ Alla lejhom midinbin. Bħal dan iż-żagħżugħ aħna ukoll qed nittalbu l-ħin kollu xi ftit imħabba vera, imħabba bla kundizzjonijiet għax din biss tista` tfejjaqna mill-feriti tagħna. Kulħadd iħobbok meta int tkun dak li suppost tkun jew meta tagħmel dak li jgħidulek huma, imma Alla biss iħobbok hekk kif inti u għalhekk din l-imħabba tinżel fil-qalb tagħna qisha balzmu u tfejjaqna. Dawn in-nies bħal Abraham semgħu kelma u telqu pajjiżhom, bħal Mosè li tela` fuq l-għolja fid-deżert ħalli jaraw wiċċ dak Alla li jagħder u jħenn, tqil biex jagħdab u kbir fit-tjubija u fil-fedeltà. Bħal Abraham u Mosè marru fid-deżert ifittxu din l-imħabba. Forsi mhux dan hu dak li aħna lkoll għandna bżonn illum? Mhux il-każ li taħrab mid-dinja imma iva, il-każ li toħloq deżert fik u madwarek ħalli tiltaqa ma’ dan Alla l-ħaj u dduq il-ħniena tiegħu.
Qabel ma tkompli tisma’ dan il-casette tajjeb li tieqaf għaliex huwa importanti li fl-istorbju u fil-għaġġla tal-ħajja ta’ kuljum inti bħal dawn in-nies jirnexxilek toħloq deżert għalik. Dan jista` jkun l-ewwel pass fil-ħajja tiegħek biex tgħix ħajja anqas nervuża u aktar kalma. Kif ser noħloq id-deżert f’ħajti? Trid issib post kwiet, f’xi kappella mitlufa qalb l-għelieqi jew f’xi għalqa. Fuq il-bejt tad-dar, id-dar stess qabel ma jqumu t-tfal u hemm toqgħod kwiet waħdek, kuljum, waħdek u miegħu. Dan hu l-appuntament tiegħek ma’ dak li jħobbok ħafna. Tiċċaqlaqx, żomm ġismek kwiet bil-qiegħda għal kwarta, toqgħodx taħseb ħafna, aħseb biss fih li qiegħed ħdejk li qiegħed fik. Għaqqad moħħok ma’ qalbek u ma’ fommok inti u ttenni bil-mod il-Missierna. Insa kollox, bħalissa inti u Hu biss intom importanti. Kwarta kuljum x’inhi wara kollox? Fejn hemm post isbaħ milli miegħu?
L-għeruq tal-ispiritwalità tal-patrijiet tad-deżert jinżlu ħafna fil-fond fl-art għammiela tal-Iskrittura. Il-Bibbja hija l-ktieb tal-patri, ir-regola tiegħu hi l-Kelma li toħolqu mill-ġdid jum wara jum. Wieħed minnhom dejjem kien itenni:
“Hemm leħen jgħajjat f’qalbna l-ħin kollu. Ikkonverti illum. Dan jibqa’ jagħajjat sal-aħħar nifs ta’ ħajjitna.”
Bħal Marija, in-Nisrani jrid jitgħallem jisma’ l-Kelma ta’ Alla u jħalliha tagħġnu u tmexxih. Oriġene li jispira l-monastiċiżmu fl-Eġittu huwa hu jikkommenta t-tweġiba ta’ Marija lill-anġlu, qal:
“Hawn hi l-qaddeja tal-Mulej.” Jgħid li Marija riedet tfisser ruħha hekk. “Jiena faċċata vojta li fuqha il-kittieb jista’ jikteb dak li jrid hu.”
Din kienet il-konvinzjoni tal-patrijiet. Il-patrijiet fehmu ħaġa waħda importanti fuq il-Kelma ta’ Alla, li din hija Kelma għalihom. Mhix xi kelma fl-ajru li tirrakkontalna storja tal-imgħoddi imma kelma li titkellem fuqhom u tkellem lilhom. Kienu jħossuhom involuti fl-istorja tas-salvazzjoni. Abraham huwa jiena, Mosè huwa jiena, David huwa jiena.
Lil wieħed novizz li kien qed jirrabja għax xi ħadd qallu xi ħaġa li weġġgħetu, il-patri anzjan fil-għerf tiegħu wieġbu:
“Kristu twieled għalik. Bin Alla ġie għalik biex isalva lilek. Ġie flaġellat għalik. U inti bil-maqlub lanqas tiflaħ tissaporti li xi ħadd joffendik xi ftit”.
Billi l-Kelma ta’ Alla hi l-mutur li tmexxih, il-patri qatt ma jażżarda jagħmel xi ħaġa qabel ma jkun irrefera għaliha. Lid-dixxipli tagħhom dejjem kienu jagħtuhom dan il-parir prattiku:
“Tagħmel xejn qabel ma tkun għarbilt qalbek ħalli tara jekk dak li tkun ser tagħmel hux skont Alla.”
Anzi jgħidu l-anzjani:
“Kull ħsieb li jiġik staqsih, inti magħna jew mal-għedewwa tagħna? Tibżax, hu jwieġbek żgur.”
Waqajt fit-tentazzjoni? Ma ġara xejn iwieġbu huma. Erġa` ibni fuq is-sisien tal-Kelma ta’ Alla. Huma kienu jgħumu fl-Iskrittura anke il-lingwaġġ tagħhom hu miżgħud b’ referenzi għall-Iskrittura.
Il-Madre Sinkletika, mara nobbli u għanja li ħalliet kollox biex tmur tgħix ħajja ta’ sawm li tbellhek fid-deżert kienet tħobb tgħid li bħalma x-xemgħa ddub quddiem in-nar, referenza ċara għal Salm 68, hekk ir-ruħ tagħna tiżvojta quddiem it-tifħir. U l-patri Sanktja biex nieħdu eżempju ħelu ieħor jikkumenta:
“Il-kelb aħjar minni għaliex iħobb u ma jsirx ħaqq minnu.”
Referenza għal Evanġelju ta’ San Ġwann kapitlu 5 versett 24. Naturalment din il-familjarità tagħhom mal-Iskrittura kienet ġejja mill-fatt li ta’ spiss kienu jaqrawha u jisimgħuha, anzi kienu jitgħallmuha bl-amment.
Dakomju, il-patri li kien waqqaf l-ewwel monasteru ta’ patrijiet jinsisti li n-novizzi qabel ma jidħlu fil-kunvent ikunu ġa tgħallmu bl-amment it-Testment il-Ġdid kollu, is-Salmi u xi siltiet mill-kitbiet tal-appostli u min ma jafx jaqra jitgħallem. Din l-Iskrittura li kienu jitgħallmuha bl-amment, kienet tgħinhom ħafna ħalli jżommu kuntatt ma’ Alla matul il-ġurnata speċjalment fuq ix-xogħol tagħhom. Dan b’ubbidjenza għad-Dewterenomju kapitlu 6 li jgħid:
“Żomm f’qalbek dan il-kliem u dawn il-kmandamenti li qed nagħtik illum, għallimhom lil uliedek u tkellem fuqhom meta tkun f’darek u meta tkun miexi fit-triq u meta timtedd u meta tqum”.
Il-patri kien jitgħallem jomgħod il-ħin kollu il-Kelma ta’ Alla billi jirrepetiha l-ħin kollu. Bl-umoriżmu tipiku tiegħu patri Antonio kien jgħidilhom lid-dixxipli tiegħu li huma għandhom ikunu iġmla mhux żwiemel. Iż-żiemel jiekol ħafna u jarmi kollox malajr. Il-ġemel bil-maqlub jiekol bil-mod u jżomm l-ikel fl-istonku sabiex meta jkollu bżonnu itellgħu mill-ġdid f’ħalqu u joqgħod jomgħodu sewwa ħalli hekk jippenetra f’għadmu u f’laħmu. Nimitaw mela ’l-iġmla. Huma kienu konvinti mill-qawwa tal-Kelma ta’ Alla.
Il-patri Bessarjon kien iġorr dejjem taħt abtu l-Evanġelju zgħir biex ifakkru l-ħin kollu fil-Mulej. Epifajnu jgħid:
“Ukoll tara biss il-bibbja, biżżejjed biex tieħu s-saħħa kontra d-dnub”.
U Poemon[JDG1] jistqarr li bħalma l-ilma qatra qatra kapaċi ttaqqab il-blat hekk ukoll il-Kelma ta’ Alla jekk tismagħha ta’ spiss, tista’ trattab l-ebusija ta’ qalbna.
Djalogu ieħor bejn anzjan u dixxiplu jgħid hekk:
“Ara missier jiena nomgħod il-Kelma imma ma hemmx indiema f’qalbi għax ma nifhimx is-sena; tal[JDG2] -Kelma.” L-anzjan wieġbu, “Ma ġara xejn, għalik biżżejjed tomgħod il-Kelma għaliex jien smajt lil patri Paoemon jgħid imbagħad ħafna oħrajn warajh, anke jekk aħna ma nifhmux is-sens tal-Kelma ix-xjaten jisimgħuha tajjeb u jitbiegħdu mwerwra.”
U biex ifissru dan jieħdu l-eżempju tas-serp ġewwa l-basket li jgħolli rasu għall-mużika ta’ min jieħu ħsiebu. Kienu konvinti wkoll li l-Kelma hija akbar minnhom, għalhekk hu importanti jħossu huma, li tersaq lejha b’ħafna umiltà bla ma tippretendi xejn, lanqas li tifhimha. Magħluq fiha hemm persuna, hemm Kristu.
Ħadt ħelu ieħor[JDG1], biex qiegħed fi prova lil erba` patrijiet xjuħ li ġew għandu, patri Antonio talabhom jagħtuh tifsira ta’ silta mill-Iskrittura. Kulħadd ipprova imma kull darba kien jgħidilhom:
“Le le kemm għadkom ‘il bogħod mis-sens veru tagħha.”
Fl-aħħar staqsa lil patri Ġuzepp u dan sempliċiment wieġbu: “Ma nafx.”
Il-patri Antonio kien pront qalilhom:
“Patri Ġuzepp biss sab it-triq vera biex jifhem din il-Kelma għax qal ma nafx”.
U famuż ir-rakkont l-ieħor ta’ dak l-anzjan li wara s-sawm feroċi [JDG2] talab lil Mulej ħalli jkun imdawwal fuq silta mill-Iskrittura li kienet qed tħabbtu ħafna, imma kien kollu għalxejn. Ma setax jifhimha minkejja t-talb u s-sawm kollu li kien għamel. Għalhekk iddeċieda li jmur jitlob l-għajnuna mingħand ħuh li kien ħafna izgħar minnu. Malli għalaq il-bieb tal-għarix tiegħu biex imur, jiġi mibgħut anġlu mis-sema li qallu:
“Is-sebgħin ġimgħa sawm ma’ ressqukx lejn il-Mulej imma malli int umiljajt ruħek biex tmur għand ħuk ara jiena ġejt mibgħut għandek ħalli nagħtik is-sens ta’ din il-kelma.”
Is-sigriet tagħhom biex isiru familjari daqshekk mal-Iskrittura, jista` jkun ukoll is-sigriet tagħna. Huma kienu jitgħallmu siltiet sħaħ tal-Iskrittura bl-amment. Xi ħaġa importanti ħafna għalina illum fejn moħħna hu l-ħin kollu bbumbardjat mill-kliem vojt tal-pubbliċità. Għalhekk tajjeb li inti wkoll tibda titgħallem l-Iskrittura bl-amment. L-aħjar hu li tibda mis-Salmi. Sib salm li jogħġbok jew li qiegħed qrib ħafna ta’ dak li qed tgħix inti bħalissa pereżempju s-Salm 23 – Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi xejn ma jonqosni – jew is-Salm 130 – Minn qiegħ l-art insejjaħlek Mulej – jew inkella s-Salm 138 – Irroddlok ħajr Mulej b’qalbi kollha – iktbu fuq karta u żommha dejjem fuqek biex hekk fl-ispazji vojta tal-ġurnata, fejn naf jiena, qed tistenna karozza tal- linja, idum biex jiġi xi ħadd, int u qiegħed thewden waħdek, ittenni dan is-salm ħafna drabi waħdek. Bil-mod il-mod isir parti minn ħajtek. Tista` wkoll tagħżel is-salm tal-età tiegħek u tirrepetih is-sena kollha. Dan ikun ir-rigal ta’ Alla għalik u fl-istess ħin ikollok arma qawwija kontra x-xitan. Min jaf jirnexxilekx tasal sas-Salm 150, l-aħħar salm?
Il-patrijiet kien jitolbu u kif kienu jitolbu! Iljieli sħaħ, ġieli anke ġimgħat sħaħ jitolbu bla waqfien. “Ix-xogħol tal-patri hu li jaħraq l-injam”, kien jgħid wieħed minnhom f’sentenza misterjuza. Fi kliem ieħor, ix-xogħol tiegħu hu li jinqeda b’kull okkażjoni li tiġih ħalli jiftakar fil-Mulej. Kollox jista` jgħinek ħalli tixgħel b’imħabba lejn il-Mulej imma biex tagħmel dan trid tkun midħla sew tiegħu u dan isir biss bis-saħħa tat-talb. Mhux faċli titlob, anzi meta staqsew lil patri Agatone:
“Missier liema virtù jeħtiġilha l-aktar taħbit?” Hu ma sabiex bi tqila biex iweġibhom: “Naħseb li m’hemmx taħbit aktar milli titlob.”
Għaliex hu daqstant tqil titlob? Il-patrijiet malajr isolvu il-problema. Huma jaraw il-ħajja Nisranija bħala ġlieda sħiħa kontra ix-xitan. Il-patri huwa l-atleta li jrid jitgħallem jitqabad. Id-dinja qiegħda f’idejn il-makakk li jaf jixgħel il-passjonijiet tal-bniedem imma n-Nisrani għandu arma li twerwer lix-xitan u din l-arma hija it-talb. Hi l-arma l-aktar qawwija li tiftaħ beraħ is-swar tas-saltna tad-dlamijiet. Tant hu hekk li wieħed patri mis-Sirja kien dejjem jgħid:
“Min jitlob u jishar, jaħraq lix-xitan imma min hu distratt isir il-pupu tax-xitan.”
Storja ħelwa mimlija umoriżmu tirrakkonta djalogu bejn żewg xjaten:
“Mur qajjem lil dak il-patri!” xitan jgħid lil ieħor. “Mela x’nagħmel ma mmurx inqajmu. L-aħħar darba qajjimtu f’nofs ta’ lejl u kieku taf kif ħaraqni għax malli qam niżel għarkupptejh jgħid is-salmi.”
Propju għalhekk waħda mill-ossessjonijiet tagħhom kienet kif wieħed jista` u għandu jitlob bla waqfien bħalma jgħid San Pawl fl-ittra tiegħu lil Timotju kapitlu 5. Huma kienu jemmnu li l-ispazji kollha tal-ġurnata u tal-lejl iridu jimtlew bit-talb.
Wieħed patri staqsa lill-abbati Lott:
“Abbà, jiena nagħmel mill-aħjar li nista’ l-liturġija żgħira tiegħi, is-sawm żgħir tiegħi, it-talb, il-meditazzjoni, ngħix fil-ġabra, nipprova nkun safi fil-ħsibijiet tiegħi imma donnu jonqosni xi ħaġa. X’irrid nagħmel aktar?”
L-anzjan qam bilwieqfa, fetaħ dirgħajh beraħ lejn is-sema u subgħajh saru qishom għaxar fjakkoli.
“Jekk trid sir kollok nar.”
Għal xi wħud mill-patrijiet, Ambo, Silvanu, Sissoes jgħidu li wiċċhom kien ileqq bħal wiċċ Mosè wara li kienu jitkellmu mal-Mulej. Kif ser tagħmlu dan? Kif tista titlob il-ħin kollu? Il-patrijiet kienu nies prattiċi ħafna. Is-soluzzjoni tagħhom kienet li titgħallem tirrepeti l-ħin kollu xi frażi mill-Iskrittura. Wieħed patri hekk kien jgħallem lid-dixxipli tiegħu:
“Malli tqum mill-ewwel, l-ewwel ħaġa li għandek tagħmel hija li fommok irodd glorja lil Alla.”
“Intona salmi u innijiet għaliex l-Ispirtu jkompli jisħaq il-jum kollu qisu magna tat-tin; l-ewwel ħsieb li jiġik f’moħħok filgħodu malli tqum. Kemm jekk ikun qamħa kemm jekk ikun sikrana. Għalhekk hemm bżonn tkun dejjem pront li titfa’ l-qamħ inti qabel ma l-għadu jitfa’ s-sikrana.”
Aktar tard Ġwanni kien għadu jtenni:
“Tagħmilhiex tal-għaref għaliex huwa t-tlaqliq tat-tfal sempliċi u bla xinxilli li jogħġbu ’l-Missier li qiegħed fis-smewwiet. Toqgħodx tgħid ħafna kliem għaliex inkella l-ispirtu tiegħek malajr jinxtered. Kelma waħda tal-pubblikan iġġustifikatu, kelma waħda ta’ fidi, salvat lill-ħalliel.”
Bil-mod il-mod saret komuni l-użanza li wieħed itenni l-ħin kollu t-talba tal-qalb, it-talba li l-agħma ta’ Ġeriko werżaq meta nduna li Ġesù kien għaddej minn ħdejh. Dan l-agħma tal-Evanġelju kien jaf li kien agħma u kien jaf ukoll li jekk ma jiqafx Ġesù, se jkollu jgħix ħajja msejkna għal dejjem. Għalhekk għajjat, werżaq, ma qagħadx kwiet anki meta ppruvaw isikktuh għax qalulu li ma kienx prudenti biżżejjed. Min hu mġarrab ma jafx ikun prudenti u sewwa għamel għall-anqas għall-imgħallem.
“Ġesù bin David ikollok ħniena minni midneb.”
Din hija t-talba li takkumpanja lill-patrijiet il-ħin kollu tant li anke meta jorqdu xufftejhom u l-ispirtu profond tagħhom ikompli jtenni din it-talba.
L-Abbati Filemon huwa qawwi ħafna:
“Sew jekk tiekol, sew jekk tixrob, sew jekk qiegħed waħdek, sew jekk qiegħed mal-oħrajn, sew jekk qiegħed waħdek fil-kamra, sew jekk qiegħed barra mill-kamra, tieqaf qatt milli ttenni b’moħħ kwiet u bla distrazzjoni din it-talba, Ġesu` bin David ikollok ħniena minni midneb”.
Din it-talba hija sabiħa għaliex fiha jekk[JDG1] wieħed jagħti kas hija stqarrija sħiħa ta’ fidi kemm f’Ġesù Kristu Alla u bniedem kif ukoll għarfien sħiħ tiegħi nnifsi bħala midneb. Hija għajta mimlija fiduċja għax naf li Ġesù tajjeb u fuq kollox hu qawwi. Hu kapaċi jfejjaqni tassew. Din il-familjarità ma’ Ġesù tant tagħmlek kuraġġuż mal-imgħallem li tażżarda titlob saħansitra hekk.
Ġurnata waħda Abraham id-dixxiplu ta’ l-Abbati Sissoes[JDG1] ġie ittentat[JDG2] mix-xitan u dan waqa`. Malli l-anzjan induna li dan kien waqa` fid-dnub, qam bilwieqfa għolla għajnejh lejn is-sema u talab hekk lil Alla:
“Missier trid u ma tridx jien mhux ser inħallik qabel ma inti tfejqu”.
Dak il-ħin stess Abraham qam mid-dnub tiegħu. Imma biex tasal għal din it-talba hekk kuraġġuża hemm bżonn ta’ triq twila magħmula minn ħafna waqgħat, tensjonijiet u perseveranza. L-għejja, id-distrazzjonijiet, il-vanità, in-nasbiet tal-passjonijiet jagħmlu minn kollox biex jheddu ’l din il-mixja tiegħek, imma min ikompli ser jirċievi premju kbir.
“Qis dan it-talb u li ma jkollokx qies”:
kien jgħid il-patri Iberiku u biex jeżorta lid-dixxipli tiegħu biex ma jaqtawx qalbhom mit-taħbit tat-talb imma jkomplu u jitolbu kuljum, wieħed anzjan kien jirrakkuntalhom din il-parabbola:
“Darba kien hemm wieħed missier li meta ġie biex imut laqqa’ lil uliedu madwar is-sodda u qalilhom: “Araw uliedi, kull sena hemm ġurnata waħda li fiha jekk taħdmu l-għelieqi tagħna ssiru sinjuri.” Uliedu kollha kuntenti, staqsewh liema hi din il-ġurnata prezzjuża, imma x-xiħ donnu tħawwad u qalilhom: “Issa xjaħt u nsejt eżattament liema hija dik il-ġurnata.”
It-talb iġorr miegħu l-premju mhux biss għalik imma anke għall-oħrajn għax jekk Ġesù jsaħħnek permezz tal-preżenza tiegħu inti imbagħad tkun tista’ ssaħħan bl-istess imħabba ta’ Alla jew kif jgħidu dawn il-patrijiet:
“Bħalma n-naħal kull fejn imur jagħmel l-għasel hekk il-patri kull fejn imur jagħmel l-għemil ta’ Alla.”
Mela hu importanti ħafna li matul il-ġurnata żżomm ruħek magħqud miegħu. Hu qiegħed iġorrok fuq spallejh imma inti trid tinduna b’dan u tkun konxju il-ħin kollu ta’ dan il-fatt daqshekk sempliċi. Il-metodu u l-ispirtu tal-patrijiet tad-deżert huwa metodu sempliċi ħafna, faċli jsir tiegħek ukoll. Agħżel frażi qasira tal-Iskrittura bħal: “Ġesù bin David ikollok ħniena minni” jew “Henjin il-fqar għax tagħhom hija is-Saltna tas-Smewwiet” jew inkella “Meta sejjaħtlek Mulej int weġibtni, kattartli l-qawwa f’ruħi” jew oħra, “Kollox jista` ikun ghal kull min jemmen.” Tista` tagħżel ukoll xi frażi li tkun laqtitek fil-qari tal-quddiesa bħal pereżempju: “Ħalli xortik f’idejn il-Mulej u jgħinek u jwieżnek” jew “bl-għajnuna ta’ Alla tiegħi nirbaħ is-swar.” Irrepeti din il-frażi il-ħin kollu matul il-ġurnata, għoxrin, mitt, elf darba. Tant tidra li xufftejk jibdew iduru[JDG1] weħidhom. Wara kollox din hija l-kelma tal-maħbub tiegħek, għożżha. Bil-mod il-mod din il-prattika ssir il-ħobż tiegħek ta’ kuljum.
Hemm domanda li l-ħin kollu tiltaqa’ magħha fil-ħajja ta’ dawn l-Insara tal-Evanġelju, din id-domanda hija:
“X’għandi nagħmel biex insalva?”
Din id-domanda kienet il-qofol tal-konverżjoni tal-patrijiet kbar bħalma huma Antonio li malli sema’ fil-knisja lid-djaknu jaqra l-Evanġelju taż-żagħżugħ għani:
“Mur bigħ kollox, kulma għandek, agħtih lil fqar u jkollok teżor fis-sema.”
Qabad u għamel hekk.
L-istess Arsenju, Ruman, bniedem ta’ kultura kbira li għex għal żmien twil ħajja mtajra. Darba sema’ leħen li qallu:
“Arsenju, aħrab mill-bnedmin u tkun salv.”
Dan qabad u mar fid-deżert. L-istess Dozitew[JDG1] , żagħżugħ bla esperjenza fil-ħajja Nisranija li wara li ra l-infern, mar għand il-patri Serridos u għaraf ilissen biss din il-kelma:
“Irrid insalva.”
Hija domanda densa[JDG2] ħafna li toħroġ minn qalb ta’ xi ħadd li jaf li mhux kollox sejjer tajjeb f’ħajtu. Titwieled minn dik l-esperjenza profonda li ġiegħlet li San Pawl jisplodi f’karba[JDG3] [JDG4] [JDG5] :
“Imsejken jiena, min ser jeħlisni minn dan il-ġisem tal-mewt?”
Fid-deżert il-patrijiet għarfu fil-fond id-dnub tagħhom u jsibu ruħhom quddiem għażla. Mhux tant isirux aħjar jew le imma jekk isalvawx jew le. It-talb u l-familjarità ma? l-Iskrittura għalmet ħaġa waħda lil patri veru li hu midneb imsejken li għandu bżonn tal-ħniena ta’ Alla. Għalhekk jafda fl-imħabba ta’ Alla, ma jħossux ġust, ma jqisx lilu nnifsu aħjar minn ħadd anzi bil-maqlub iħossu agħar mill-oħrajn. Dan hu l-bidu tal-għerf. Wieħed mill-aħwa qal lil patri Sissowes[JDG6] :
“Qed nara li t-tifkira ta’ Alla tibqa’ fija l-ħin kollu.”
Il-patri anzjan ma baqax impressjonat b’din l-istqarrija u wieġbu:
“Mhix ħaġa kbira li l-ħsieb tiegħek qiegħed il-ħin kollu f’Alla. Bil-maqlub, hi ħaġa kbira tara lilek innifsek taħt kulħadd”.
Li tqis lilek innifsek agħar mill-oħrajn hu l-bażi li fuqu tista` tibni il-bini tal-qdusija vera. Mhux tilgħabha ta’ umli imma tagħraf tassew li inti l-akbar midneb tad-dinja kif kien jgħid aktar tard San Franġisk. U meta kienu jirribattu u jgħidulu li ma jistax ikun li hu tassew iħossu hekk, dejjem kien iwieġeb li hu kien żgur li kieku ħalliel kbir kellu l-istess grazzji li kellu hu, kieku żgur li kien iwieġeb aħjar minnu u kien ikun aktar grat minnu lejn il-Mulej. L-istess Santa Tereża tal-Bambin Ġesù meta qalulha biex trodd ħajr lil Alla għax kieku jħalliha tkun mhux anġlu żgħir imma xitan kbir, hi pront wieġbet:
“Ma kienx tqil għalija biex nifhem dan id-diskors. Kont naf sa liema punt jien kont dgħajfa u imperfetta imma l-gratitudni mlietli qalbi.”
Jum wieħed ix-xitan deher lil wieħed patri anzjan u qallu:
“Jiena l-anġlu Gabrijel ġejt mibgħut mingħand Alla għalik.” L-ieħor lanqas biss għolla għajnejh mill-art għax malajr wieġbu: “Ma ħadtx xi żball hux? Naħseb li kellek tmur għand l-ieħor. Jiena midneb, ma ħaqqnix li jiġu l-anġli għandi”.
L-umiltà ġġiegħlek tiddieħaq bix-xitan ukoll. Dan l-għarfien tad-dnub ma kienx jaqtgħalhom nifishom anzi bil-maqlub kien jitfagħhom aktar lejn Ġesù. Min hu marid u jaf li hu marid aktar jersaq lejn it-tabib, kien jirraġuna Ġesù. “Il-problema tagħkom”, jgħid Ġesù lil Fariżej “mhix li intom għomja għax jiena nfejjaqhom lill-għomja, imma hija li għalkemm intom għomja taħsbu li qed taraw.” Kemm tgħodd għalina din!
Xi filosfi resqu lejn wieħed patri tad-deżert u staqsewh:
“X’tagħmlu intom aktar minna fid-deżert? Issumu? Aħna ukoll insumu. Tibqgħu billejl imqajma titolbu? Aħna wkoll nishru bil-lejl. Kull ħaġa li intom tafu tagħmlu aħna nafu nagħmlu daqskom. X’qed tagħmlu aktar fid-deżert?”
L-anzjan wieġeb:
“Aħna nittamaw fil-grazzja ta’ Alla u nżommu għassa fuq moħħna ħalli jkun dejjem magħqud ma’ Kristu.”
Huma qalulu:
“Dan aħna ma nistgħux nagħmluh.”
Ix-xitan wara li attakka għalxejn lil patri Makarju qallu:
“Inti ssum u jiena lanqas ma niekol. Inti tishar u jiena ukoll ma norqod xejn. Hemm ħaġa waħda li inti fiha tirbaħli.”
“Liema?” staqsa l-patri.
“L-umilità tiegħek, għalhekk m’għandi l-ebda setgħa fuqek”, wieġbu x-xitan kollu ragħwa ħierġa minn ħalqu.
Patri ieħor kellu tentazzjonijiet kbar kontra ż-żina u ġieli kien jaqa`. Kien jitlob ħafna lil Alla. It-talba tiegħu ma kinitx xi talba tas-soltu. Ħa nisimgħuha:
“Mulej” kien jgħidlu “irrid jew ma rridx inti ssalvani. Salvani għaliex jiena ħmieġ, nixxennaq għal ħmieġ tad-dnub imma inti Alla li tista` kollox u tista` jekk trid ma tħallinix hekk. Jekk inti jkollok ħniena mal-ġust din ma fiha xejn speċjali u jekk issalva lil min hu safi ma tkun qed tagħmel xejn tal-għaġeb għaliex huma ħaqqhom jirċievu t-tjubija tiegħek. Għalhekk Mulej nitolbok għolli[JDG2] l-ħniena tiegħek u uri l-imħabba bla qjies tiegħek miegħi għaliex bħalma jgħid is-salmista: “F’idejk nintelaq jiena imsejken.”
Wieħed patri ieħor kien jgħidlu hekk lil Alla:
“Jiena ta’ bniedem li jien, nidneb. Inti ta’ Alla li int aħfirli.”
Il-patri Poemen[JDG1] kien jgħid li l-bniedem għandu bżonn tal-umiltà u tal-biza` ta’ Alla daqskemm għandu bżonn tan-nifs biex jgħix għalhekk huwa importanti li tibni ħajtek fuq dan il-pedament. Tagħraf int min int u tagħraf Alla Hu min hu. L-eżerċizzju huwa importanti l-aktar meta t-tentazzjoni tkun qiegħda tkiddek ħafna. Mur sib xi salib kbir jew għall-inqas kurċifiss espressiv. Ftakar f’xi fatt li smajt fuq dan il-cassette, aħseb fuq l-imħabba ddedikata, immensa u vera li Ġesù għandu lejk midneb. Imbagħad b’sebgħek għamel sinjal żgħir tas-salib fuq ġbinek, ilsienek u qalbek biex twaħħal f’ġismek l-imħabba ta’ Alla murija fi Kristu Ġesù u “ħarsu lejn min nifdu”, jgħid is-salmista. Tista` tbus ukoll lil Ġesù msallab b’xewqa li temmen f’din l-imħabba tiegħu lejk hekk kif inti. Agħmel ta’ spiss dan l-eżerċizzju speċjalment meta inti tidneb. Dan mhuwiex sentimentaliżmu vojt[JDG2] imma mezz sempliċi biex tfiq mill-mard tiegħek.
Il-patri ma’ kienx xi raġel magħluq fih innifsu. Jgħidu li Paskasju qal:
“It-taħbit bla umiltà hu kollu għalxejn imma l-umiltà li ma twassalx għall-karità hi wkoll taħbit fil-vojt. L-umiltà trid twassal għall-imħabba lejn l-oħrajn bħalma Ġwanni l-Battista jwassal għal Kristu. Mela l-umiltà twassal għall-imħabba, fi kliem ieħor twassal s’għand Alla għax Alla Hu imħabba.”
Waħda mara tad-deżert li kienet tiftaħar li samet mitejn ġimgħa u tgħallmet bl-amment kemm l-antik testment kif ukoll il-ġdid, meta tkellmet ma wieħed għaref ta’ Alla malajr żarmat il-pretensjonijiet kollha tagħha għaliex dan xott xott qalilha:
“X’ġid ħadt b’daqshekk? Għalik id-disprezz sar qisu unur? Tqis it-telf bħala qligħ? Il-barranin bħala qraba? Il-faqar bħala ġid?” “Le”, qaltlu din. “Mela, la somt u lanqas tgħallimt it-testment l-antik u l-ġdid imma qed tqarraq biss bik innifsek. Mur, mur aħdem għaliex m’għandek xejn.”
L-axxeżi ġiet twassal għand l-aħwa[JDG1] . Mill-frott tagħhom tagħrfuhom. Patri Serabjon kien sejjer Alessandria meta ltaqa` ma` wieħed irqiq li kien qed iterter bil-ksieħ li kien hemm.
“Kif jista` jkun?” qal bejnu u bejn ruħu, “li jiena liebes mantell u dan Kristu qed imut bil-kesħa u m’għandu xejn?”
Qabad neża l-mantell u tahulu. Meta staqsewh u qalulu:
“Minn neżżgħek?”
Hu wriehom l-Evanġelju zgħir li kellu u weġibhom:
“Dan neżżagħni”.
Aktar tard iltaqa’ ma’ wieħed ilsir li ma kellux flus biex iħallas il-libertà tiegħu. Hu qabad, mar biegħ l-Evanġelju, l-unika ħaġa li kellu, u bil-flus li daħħal seta’ jifdi lil dak l-ilsir. Meta d-dixxpli tiegħu staqsewh fejn hu l-Evanġelju tiegħu, weġibhom:
“Begħtu lil dak li kien jgħidli kuljummur bigħ kulma għandek u agħtih lill-fqar”.
Titlob bla ma tħobb lill-aħwa hija gidba. “Jekk xi ħadd għandu xi ħaġa kontra ħuh”, kien jgħid wieħed anzjan, “qisu wieħed mikul mill-velenu u dejjem magħqud mad-dnub tiegħu.” It-talba tiegħek issirlek saħta u meta jum wieħed dan l-istess patri kien qed jitlob ma’ ħuh li ma riedx jaħfer lil ieħor li kien offendih, meta waslu għall-Missierna qal:
“…taħfrilniex ħtijietna bħalma aħna ma naħfrux lil min hu ħati għalina.”
Dak il-patri malajr induna bl-iżball kbir tiegħu.
Irrakuntawlna fatt ieħor ta’ wieħed patri li kien jagħmel ħafna modifikazzjonijiet imma għarraq kollox għax ikkundanna patri ieħor li kien waqa’ fiż-żina. Dan tal-aħħar miet. Il-Mulej biex jeduka lil dan il-patri li kien iġġudika, bagħatlu anġlu li qallu:
“Ara, dak li inti ġġudikajt miet. Alla bagħatni nistaqsik fejn tridna nitfgħuh jekk hux fis-saltna jew fl-infern.”
Dan malajr induna bid-dnub tiegħu u għadda ħajtu kollha jitlob maħfra mingħand Alla.
Tassew jien min jien biex niġġudika lil xi ħadd, xi alla jewwilla. Il-patri meta kien jara lil xi ħadd jidneb jgħid f’qalbu: “Illum hu, għada jiena”, u ma joqgħodx jiġġudika għaliex jaf li hu midneb u għalhekk mhu aħjar minn ħadd. Imma jgħidu l-patrijiet, għandu jibqa f’riġlejn is-salib bilwieqfa jitlob maħfra u ħniena. Anzi l-patrijiet ta’ veri psikologi li kienu dejjem itennu li jekk inti tiġġudika lil ħuk fuq xi ħaġa, Alla jippermetti li inti taqa fl-istess ħaġa. Ħija hu għażiż wisq għal Alla għalhekk dejjem jiddefendih anke minn ilsien [JDG1] ħażin. Din l-imħabba lejn l-oħrajn tgħatti ħafna dnubiet.
Wieħed patri li kien aktarx traskurat fid-dmirijiet tiegħu wasal biex imut. Kulħadd skanta meta raw lil dan il-patri traskurat ferħan u jidħaq fuq is-sodda tal-mewt. Il-Patrijet sħabu staqsewh kif huwa ma kienx qed jibża’ mill-mewt meta jqis il-ħajja mtajra li għex u weġibhom:
“Veru għandkom raġun. Jiena dejjem kont traskurat, għamilt ħafna ħmerijiet imma ħaġa waħda naf, li minn meta sirt patri qatt ma ġġudikajt lil ħadd u qatt ma żammejt f’qalbi kontra ħadd, għalhekk naf li Alla issa ser juża ħafna ħniena miegħi.”
X’għerf! Iva, hu mill-proxxmu li jiġu l-ħajja u l-mewt. Hekk kien jgħid San Antonio u l-imħabba taf tkun intelliġenti u kreattiva u l-imħabba qatt mhi monotona bħad-dnub.
Waqt li kienu mexjin fid-deżert ma’ wieħed gwida midħla tad-deżert, dawn il-patrijiet indunaw li dan kien tilef it-triq għalkollox għax kien qabad direzzjoni żbaljata. Ma ridux jgħidulu biex ma jiksruhx imma lanqas riedu jintilfu fid-deżert għax inkella kienu jirriskjaw li jmutu. Għalhekk il-patri anzjan għamel ta’ bir-ruħu li kien għajjien wisq u li xtaq jistrieħ, hekk jew hekk issa kien dalam. Huma rraġunaw li filgħodu mad-dawl tax-xemx il-gwida malajr jinduna bl-iżball tiegħu u hekk kien għaliex l-għada malli ħarġet ix-xemx il-gwida mill-ewwel qabbadhom it-triq it-tajba.
Fatt ieħor kuraġġuz; żewg patrijiet niżlu s-suq tal-belt ħalli jbigħu l-basktijiet li kienu jagħmlu mill-weraq tal-palm. Infirdu minn xulxin u wieħed minnhom meta sab ruħu waħdu dineb serjament kontra ż-żina ma’ waħda mara. Meta reġgħu ġew flimkien biex imorru lura fl-għerejjex tagħhom dan li kien dineb stqarr kollox u lill-ieħor qallu:
“Ma rridx niġi lura għax ma nħossnix f’posti.”
L-ieħor biex jagħmillu kuraġġ u ma jiksrux qallu:
“Isma’ ħija ħalli ngħidlek, jiena ukoll mort ma mara.”
Dan ma kien minnu xejn imma dan il-patri ħass li hekk għandu jagħmel biex jiddefendi lil ħuh mix-xitan ta’ qtigħ il-qalb.
“Għax ma mmorrux għand l-abbati, ngħidulu li dnibna t-tnejn, nieħdu l-penitenzi li ħaqqna u nerġgħu nibdew ngħixu l-ħajja tagħna b’aktar imħabba lejn Ġesù Kristu.” Hekk għamlu u jgħidu l-patrijiet li rrakuntaw din l-istorja li Alla ġġustifika lill-patri li dineb minħabba l-imħabba ta[JDG1] ’ ħuh. Din il-karità ma kinitx biss imħabba bejn l-aħwa, kienet tmur ħafna ’l hemm mil-limiti ta’ ħuthom.
Ħafna kienu dawk li jmorru fid-deżert ħalli jitolbu pariri u fejqan. Il-patrijiet kien jiftħu l-bibien u kienu jilqgħu lil kulħadd. Fqar, sinjuri, qassisin, prostituti, ħallelin, pellegrini. Bħalma jgħid Thomas Merton il-patri Benedittin Amerikan famuż ħafna: “Dawn il-patrijiet ħallew id-dinja li kienet qiegħda tegħreq mhux biex iħalluha tfendi għal rasha imma sabiex wara li huma ikunu sabu s-sod ikunu jistgħu jtellgħuha minn fuq il-blata li sabu. Il-patri Nilo tas-Sinaj jiġbor kollox f’dawn l-erba` sentenzi qosra – Perfett hu l-patri li f’kulħadd jara lil Alla. – Perfett hu dak il-patri li jħossu agħar minn kulħadd. – Perfett hu dak il-patri li jħoss u jaħdem għas-salvazzjoni ta’ kulħadd daqskemm iħossu jahdem għas-salvazzjoni tiegħu. – Perfett hu dak il-patri li wkoll jekk maqtugħ minn kulħadd jgħix magħqud ma’ kulħadd.
Kien jgħid Kasjan:“Sir miġnun f’din id-dinja skont il-kmandament tal-appostlu u ssir għaref. Dawn il-patrijiet saru mġienen għal Kristu. Forsi aħna wkoll għandna bżonn insiru mġienen bħalhom għal Kristu u bħal Kristu.
[JDG1]Hekk jinkiteb dal-isem?
[JDG2]Naħseb sens trid tiġi hux?
[JDG3]X’jiġifieri?
[JDG4]mhux aħjar: iebes?
[JDG5]jekk flok hekk le?
[JDG6]Hekk jinkiteb? ss?
[JDG7]aħjar: mġarrab
[JDG8]aħjar: jitħarrku
[JDG9]Dositheus? Mela: Dożitew jew Dositew
[JDG10]Forsi: profonda? Densa pedantika (naħseb)
[JDG11]jew: jokrob
[JDG14]Sissowes? Sissoes? Sisoes? for
consistency’s sake….
[JDG15]Aħjar: Oħra…
[JDG16]għolli? ma nifhimhiex…
[JDG17]Poemen? Poemon? Konsistenza fl-isem….
[JDG18]jew: fieragħ
[JDG19]Dil-frażi ma tinftihemx….
[ilsien jew ilsieni? Jekki ilsieni, wara żid l-artiklu ma’ ħażin
[JDG21]aħjar: lejn jew għal