Huwa beda ż-żjara tieghu billi qatta’ erba’ t’ijiem ġewwa il-kunvent tagħna Santa Tereża, Bormla fejn kellu l-opportunita’ jitkellem ma’ kull patri individwalment. Huwa għamel żjara fraterna u anke qaddes quddiesa għand is-Sorijiet tagħna f’Santa Margerita.
Is-Sibt 6 ta’ Lulju mar Ta’ Xbiex. Minn hemm sejjer Tas-Silġ u wara B’kara. Għanu ppjanat li jmur jara anke s-Sorijiet tagħna ġewwa r-Rabat u jiltaqagħa wkoll mat-Terzjarji. Jispicca din il-viżta pastorali b’laqgħa ġenerali mal-Patrijiet kollha f’B’kara.