Il-Ġimgħa 7 ta’ Ġunju Fra Leli Aquilina se jagħmel il-professjoni semplici tiegħu fis-Santwarju ta’ Santa Tereżina, B’kara. Hekk huwa jwiegħed quddiem Alla u l-aħwa l-ġodda tiegħu li se jgħix il-ħajja Tereżjana bil-voti tal-faqar, kastita u ubbidjenza fi ħdan din il-familja.
Fra Leli hu armel u għandu żewġt itfal. Huwa se jkompli l-istudji tiegħu fl-Universita’ ta’ Malta. Kulħadd huwa mistieden għal din l-Okkażjoni.
Tmien t’ijiem wara, l-Ġimgħa 14 ta’ Ġunju, Fra Elija Mifsud se jiġi ordnat presbiteru fil-Knisja Arcipresbiterali tal-Għarb Għawdex mill-Eccellenza Tiegħu Monsinjur Mario Grech Isqof ta’ Għawdex.
Fra Elija, li hu mill-Għarb stess, għamel l-istudji tiegħu fi Brescia u se jkun konventwali fil-kunvent tagħna ta’ Ta’ Xbiex.
Is-Sibt 1 ta’ Ġunju, fil-monasteru ta’ Santa Margerita Bormla se ssir l-elezzjoni tal-Madre Prijura. Il-Prijura ta’ qabel, Madre Luigia Cucciardi, mietet ġimgħa ilu.
Din il-komunita’ ta’ Sorijiet tal-klawsura qed jiddedikaw ħajjithom ħalli jgħinu lil tant nies li qed ibatu fi-żminijiet ta’ llum.