Fjamma Tereżjana hija fuljett żgħir imma sabiħ li joħroġ Patri Karm darba fix-xahar għaż-żgħażagħ. Diġa qiegħed fil-ħamsa u għoxrin ħarġa u kull ma jmur il-quddiem dejjem jitjieb!
Ikun fih artikli qosra imma profondi. Miktubin fuq stil frisk, għandhom l-iskop li naprezzaw il-ħajja Tereżjana dejjem aktar.
Interessanti ħafna hi l-paġna fuq il-Qaddisin tax-xahar fejn tingħata informazzjoni qasira fuq xi Qaddis Tereżjan. Il-Karmelu Tereżjan offra aktar minn disgħin persuna bejn qaddisin, beati u venerabbli lill-Knisja. U għalhekk f’kull ħarġa ikun hemm tagħrif fuq xi wieħed jew waħda minn dawn in-nies qaddisa.
Rokna ħelwa oħra hija r-rokna għac-cajt fejn wieħed jista’ jitbissem xi ftit. U interessanti wkoll huma l-aneddoti qosra fuq il-ħajja Tereżjana –stejjer dejjem oriġinali marbutin mal-ħajja Tereżjana. F’kull ħarġa ikun hemm ukoll artikli provokattivi fuq l-ispiritwalita’ tal-Vanġelu.
Min jixtieq jibda jircievi dan it-teżor ckejken, jikkuntatja lil Patri Karm – fatherkarm52@gmail.com
Nirrikmandah, anke għaliex ikun hemm programm tal-attivitajiet li Patri Karm jorganizza għaż-żgħażagħ b’risq il-vokazzjonijiet. Min jaf…. forsi Alla qed isejjaħ lilek biex tingħaqad magħna!
***** Tajjeb li wieħed/waħda jara/tara wkoll il-facebook tal-Vokazzjonijiet Tereżjani Malta. Hi paġna fuq Facebook mimlija aħbarijiet u sentenzi qosra fuq il-vokazzjoni Tereżjana. SABIĦA ĦAFNA.***