Ras ir-Randan hi data importanti għan-nisrani. Tibda t-tħejjija għal-festa l-kbira tal-Qawmien mill-mewt tal-Mulej tagħna. Ir-rebħa tiegħu fuq il-mewt. Hi din il-ġrajja li tat sens lill-ħajjitna. Ma aħniex ikkundannati biex nitilfu dejjem. Aħna wkoll nistgħu nirbħu!
Għalina t-Tereżjani f’Malta din id-data din is-sena inżergħet ukoll t-tama. Għaliex zewġ żgħażagħ ingħaqdu mal-familja reliġjuza tagħna. Dawn huma Ronald Knight u Brady Bonnici. Qed jagħmlu l-ewwel pass fil-ħajja tagħna.
Ħa jieħu ħsiebhom
Father Adrian u se joqgħodu ġewwa il-kunvent tagħna ta’ Santa Tereża, Bormla.
Dan iż-żmien jissejjaħ ASPIRANTAT. Huwa żmien fejn dawn iż-żgħażagħ ikomplu l-ħajja tagħhom normali, billi jmorru x-xogħol u jgħixu għal xi ġranat id-dar tagħhom imma fl-istess ħin jibdew jgħixu aktar magħna – jitolbu, jieklu, jorqdu fil-Kunvent aktar ta’spiss. Nofs u nofs, nofs id-dar u nofs il-kunvent. Hekk jibdew jduqu l-ħajja komunitarja u l-ħajja Tereżjana.
Saret cerimonja żgħira imma ħelwa t-Tlieta 5 ta’ Marzu fil-Knisja tagħna ġewwa Bormla biex tilqa’ lil dawn iż-żgħażagħ.
Niftakar meta dħalt patri jiena, ħafna u ħafna snin ilu, il-Pirjol li kien Patri Fons Grima kien qalli sabiex nitlob ħafna għal perseveranza. U dan il-parir ħadtu ħafna għal qalbi. Jalla il-Mulej jagħti din il-grazzja lil Roland u Brady!