Patri Juan Debono ikompli fil-missjoni tiegħu li jxerred il-messaġġ evanġeliku ta’ Santa Eliżabetta tat-Trinita, soru Tereżjana li saħħret il-qlub ta’ tant nies. Wara li ppublika t-teżi dottorali tiegħu għand l-edizzjoni tal-Vatikan, issa ħareġ it-tieni edizzjoni bit-Taljan, taħt it-titlu ta’ Il PERCHE’ DELLA SOFFERENZA.
Huwa ktieb imprezzabli għaliex fih juri kif din il-qaddisa Tereżjana mhux biss fehmet imma aktar u aktar għexet il-misteru tat-tbatija u kif – ħaġa tal-għaġeb – fl-uġiegħ sabet ġawhra prezzjuża.
Dan il-ktieb ġa ġie maqlub bil-Pollakk u qed jiġi maqlub għall-Ingliż u għall-Malti. Fuq il-qoxra tal-ktieb hemm pittura oriġinali ta’ John Martin Borg.